Depositor Compensation Scheme
                           Investor Compensation Scheme

Annual Reports and Financials
The 2007 Annual Report and Financial Statements for both the Investor Compensation Scheme and Depositor Compensation Scheme are available from the Publications menu.

Home
Verżjoni bil-Malti
Feedback Form
Links
Disclaimer

Verżjoni bil-Malti

__________________________________________________________________________

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment iħabbar livell ogħla ta’ protezzjoni fuq depożiti ma’ banek f’Malta

Nhar l-Erbgħa 8 t’Ottubru 2008, l-Onorevoli Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ħabbar li l-livell ta’ protezzjoni lil depożitanti f’banek f’Malta żdied minn €20,000 għal €100,000 b’effett immedjat.

L-Onor. Fenech emfasizza li huwa vitali li tinzamm il-fiduċja fil-banek tagħna u fl-istituzzjonijiet li jirregolawhom. “Jiena konvint li ma hemmx għalfejn wieħed jallarma ruħu, mhux biss għax il-banek tagħna jitmexxew fuq bażi soda, iżda wkoll sforz l-impenn qawwi li għandha favur il-protezzjoni tad-depożitanti”, huwa qal.

L-Onor. Fenech żied jgħid: “Il-Bank Centrali ta’ Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta kienu kontinwament f’kuntatt mas-suq hekk kif kien hemm l-ewwel sinjali ta’ dan it-taħwid, u kienu qed isegwu x’inhu jiġri fil-banek sabiex jaraw kienx hemm xi problemi li jitolbu għal azzjoni immedjata. Sallum ma kienx hemm sinjali ta’ diffikultajiet f’dawn il-banek. Fil-fatt, is-sitwazzjoni llum hija dik kif ikkonfermata mill-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF, f’Ġunju li għadda, u ċioe li l-banek tagħna għandhom kapital tajjeb, għandhom ratio għoli ta’ likwidità u għandhom portfolios li huma diversifikati.

Tajjeb nenfasizza li l-banek Maltin li huma fdati bit-tfaddil u d-depożiti tal-Maltin mhumiex għaddejjin mid-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom banek f’pajjiżi oħra. B’mod partikolari, il-banek Maltin m’għandhomx problemi ta’ finanzjament b’riżultat tal-iffriżar tas-swieq monetarji internazzjonali. Il-banek f’Malta ma jisselfux mis-swieq internazzjonali sabiex ikollhom minn fejn isellfu u, għaldaqstant, m’għandhomx il-problemi ta’ likwidità li qed ikollhom banek f’xi pajjiżi oħra. L-akbar sors ta’ fondi għal banek f’Malta huma d-depożiti tal-klijenti taghhom.

L-istqarrija uffiċċjali tinkiseb minn fuq is-sit tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

__________________________________________________________________________


Tagħrif Ġenerali fuq l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant f’Malta
(b'format pdf)

Tagħrif Ġenerali fuq l-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur f’Malta (b'format pdf)


 

 

Aġġornata f’Ottubru 2008

  © Copyright 2008. www.compensationschemes.org.mt Credits